14.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 419/55


Appell ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2016 minn Sergio Siragusa mid-digriet mogħti tat-13 ta’ Lulju 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża 124/15, Siragusa vs Il-Kunsill

(Kawża T-678/16 P)

(2016/C 419/72)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Sergio Siragusa (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew

Talbiet tal-appellant

tannulla d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-13 ta’ Lulju 2016, innotifikat fl-14 ta’ Lulju 2016, Siragusavs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (F-124/15);

tilqa’ r-rikors fuq il-mertu u tannulla id-digriet ikkontestat;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka aggravju wieħed.

Huwa jikkunsidra li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żball ta’ liġi fil-klassifikazzjoni legali tad-deċiżjoni tal-Kunsill li tivvalida l-irtirar antiċipat tiegħu tal-11 ta’ Lulju 2013. Konsegwentement, huwa jqis li d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tat-12 ta’ Novembru 2014 għandha tiġi kklassifikata bħala att li jikkawża preġudizzju fir-rigward tal-irtirar tad-deċiżjoni preċedenti li taċċetta l-irtirar antiċipat, u mhux bħala sempliċi deċiżjoni konfermattiva ta’ deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda.

Fl-aħħar nett, l-appellant iqis li l-imsemmija deċiżjoni tat-12 ta’ Novembru 2014 li peress li ġiet ikkontestata fit-termini, ir-rikors ippreżentat fl-ewwel istanza huwa ammissibbli u għandu jiġi eżaminat fuq il-mertu.