7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/25


Appell ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2016 minn Carlo De Nicola mis-sentenza mogħtija fil-21 ta’ Lulju 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-82/15, De Nicola vs BEI

(Kawża T-669/16 P)

(2016/C 410/36)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Appellant: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: G. Ferabecoli, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Bank Ewropew tal-Investimenti

Talbiet

tilqa’ dan l-appell u, billi tbiddel parzjalment is-sentenza appellata, tannulla l-punt 2 tad-dispożittiv u l-punti 12, 13, 24, 55-57, 123-135, 157-165 tal-istess sentenza;

konsegwentement, tikkundanna lill-appellat għad-danni sostnuti minn C. De Nicola, kif mitlub fir-rikors promotur.

Aggravji u argumenti prinċipali

Dan l-appell huwa mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, tal-21 ta’ Lulju 2016, li ċaħdet ir-rikors ippreżentat mill-appellant intiż, essenzjalment, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-4 ta’ Diċembru 2014, li permezz tagħha l-appellat ċaħad li jirrimborsah għal ċerti spejjeż mediċi, u min-naħa l-oħra, sabiex l-appellat u l-Unjoni Ewropea jiġu kkundannati jikkumpensawh għad-danni li sostna.

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jikkontesta l-evalwazzjoni li saret fis-sentenza appellata dwar il-validità xjentifika tat-terapija laser.

L-appellant barra minn hekk iqis li r-rekwiżiti dwar l-għoti ta’ danni materjali u morali huma ssodisfatti f’dan il-każ.