31.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 402/61


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2016 – Cinkciarz.pl vs EUIPO (€$)

(Kawża T-665/16)

(2016/C 402/72)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Cinkciarz.pl sp. z o.o. (Zielona Góra, il-Polonja) (rappreżentanti: E. Skrzydło-Tefelska, konsulent ġuridiku, u K. Gajek, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi s-simboli “€” u “$” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 839 998

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Lulju 2016 fil-Każ R 2086/2015-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.