31.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 402/59 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2016 – LG Electronics vs EUIPO (Second Display)
(Kawża T-659/16)
(2016/C 402/70)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: LG Electronics, Inc. (Seoul, il-Korea t’Isfel) (rappreżentanti: T. de Haan u P. Péters, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali “Second Display” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 362 248
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Ġunju 2016 fil-Każ R 106/2016-1
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem l-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009 moqri flimkien mal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009. |