21.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 428/18


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2016 – Malta vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-653/16)

(2016/C 428/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika ta’ Malta (rappreżentant: A. Buhagiar, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Lulju 2016, mogħtija skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1), dwar talba għal aċċess għal dokumenti rreġistrata bir-referenza GESTDEM 2015/5711;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ osservanza tat-termini proċedurali previsti mir-Regolament Nru 1049/2001;

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq it-trattament żbaljat ta’ talba għal aċċess għal dokumenti bħala talba ġdida;

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-estensjoni irregolari tal-kamp ta’ applikazzjoni tat-talba għal aċċess għal dokument fl-istadju konfermattiv;

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-inklużjoni mill-konvenuta fid-deċiżjoni kontenzjuża ta’ dokumenti għall-finijiet ta’ komunikazzjoni lil terz li l-iżvelar tagħhom jikser l-Artikolu 113 tar-Regolament Nru 1224/2009 (2).


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, tal-20 ta’ Novembru 2009, li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU 2009, L 343, p. 1).