14.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 419/51


Appell ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2016 minn HD mis-sentenza mogħtija fil-21 ta’ Lulju 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-136/15, HD vs Il-Parlament

(Kawża T-652/16)

(2016/C 419/68)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: HD (Aach, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Bernard-Glanz, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew

Talbiet tal-appellant

tiddikjara dan l-appell bħala ammissibbli;

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tal-21 tal-Lulju 2016, HD vs Il-Parlament (F-136/15);

tilqa’ t-talbiet għall-annullament imressqa fl-ewwel istanza;

tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellant jinvoka żewġ aggravji.

1.

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq l-iżnaturament tal-provi ta’ fatt u fuq il-prova ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni u tal-ksur tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward ta' l-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 26, p. 102).

2.

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni tas-sentenza appellata.