|
7.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 410/23 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2016 – Crocs vs EUIPO – Gifi Diffusion (Footwear)
(Kawża T-651/16)
(2016/C 410/33)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Crocs, Inc. (Niwot, Colorado, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: J. Guise, D. Knight, L. Cassidy, H. Seymour, Solicitors, M. Berger, N. Hadjadj Cazier, H. Haouideg, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gifi Diffusion (Villeneuve-sur-Lot, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: disinn Komunitarju “Footwear” – disinn Komunitarju Nru 257 001-0001
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-6 ta’ Ġunju 2016, fil-Każ R 853/2014-3
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tikkonstata li l-iżvelar fuq l-internet ma jikkostitwixxix żvelar minn qabel fis-sens tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 6/2002; tikkonferma d-disinn Komunitarju rreġistrat ikkontestat u tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità; |
|
— |
tagħti deċiżjoni dwar l-ispejjeż favur tagħha. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 63(1) tar-Regolament Nru 6/2002; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 6/2002. |