31.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 402/55


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2016 – Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank vs SRB

(Kawża T-645/16)

(2016/C 402/65)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank AG (Bregenz, l-Awstrija) (rappreżentant: G. Eisenberger, avukat)

Konvenut: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, apparentement tal-15 ta’ April 2016, tal-inqas sa fejn din id-deċiżjoni tirrigwarda lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur flagranti tal-forom proċedurali sostanzjali minħabba nuqqas ta’ notifikazzjoni (sħiħa) tad-deċiżjoni kkontestata.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur flagranti tal-forom proċedurali sostanzjali minħabba motivazzjoni inadegwata għad-deċiżjoni kkontestata.