17.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 383/23 |
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Awwissu 2016 – Volkswagen vs EUIPO – Paalupaikka (MAIN AUTO WHEELS)
(Kawża T-623/16)
(2016/C 383/33)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Schrammek, C. Drzymalla, S. Risthaus u J. Engberding, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Paalupaikka Oy (Iisalmi, il-Finlandja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “MAIN AUTO WHEELS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 863 643
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Lulju 2016 fil-Każ R 2189/2015-4
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009. |