17.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/20


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Awwissu 2016 – X-cen-tek vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ trijangolu)

(Kawża T-470/16)

(2016/C 383/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: X-cen-tek GmbH & Co. KG (Wardenburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Hillers, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni (Rappreżentazzjoni ta’ trijangolu) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 167 654

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Ġunju 2016 fil-Każ R 2565/2015-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.