3.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 364/27


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Awwissu 2016 – Arrigoni vsEUIPO – Arrigoni Formaggi (Arrigoni Valtaleggio)

(Kawża T-454/16)

(2016/C 364/30)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Arrigoni SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: P. Di Gravio, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Arrigoni Formaggi SpA (Bergamo, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “Arrigoni Valtaleggio” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 028 737 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tad-19 ta’ Mejju 2016, fil-Każ R 2922/2014-1

Talbiet

tilqa’ r-rikors u, għalhekk, tiddikjara nulla u/jew ineżistenti d-deċiżjoni kkontestata għall-motivi sussegwenti, billi tibgħat lura, jekk ikun il-każ, il-każ quddiem l-ewwel qorti jew tiddikjara l-ewwel deċiżjoni Nru C 406 A, tas-17 ta’ April 2013, valida u definittiva;

fi kwalunkwe każ, tiddikjara n-nullità totali tal-preżentata Nru 1 028 737 magħmula mill-kumpannija Arrigoni Battista SpA, abbażi tal-ksur sussegwenti tal-liġi.

Motivi invokati

ksur tal-Artikolu 8(2)(a) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja;

ksur tal-Karta Kostituzzjonali Ewropea;

ksur tal-Artikolu II-77 Dritt għall-Proprjetà;

ksur tal-Artikoli 76 u 87 tal-Kostituzzjoni;

ksur tal-Liġi Nru 273 tat-12 ta’ Diċembru 2002;

ksur tal-Kodiċi tal-Proprjetà Industrijali, Digriet Leġiżlattiv Nru 30 tal-10 ta’ Frar 2005, l-Italja u l-emendi sussegwenti: Artikolu 7 – punti B, C u G tal-Artikolu 12 – Artikolu 13(1) – punt 1 tal-Artikolu 16 – Artikolu 20 – Artikolu 22(1) u (2);

bl-adozzjoni ta’ kull deċiżjoni, anki f’dak li jirrigwarda l-ispejjeż, bla ħsara għal kull dritt eżistenti.