3.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 364/26 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2016 – sheepworld vs EUIPO (Bester Papa)
(Kawża T-451/16)
(2016/C 364/28)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: sheepworld AG (Ursensollen, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. von Rüden, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Bester Papa” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 169 213
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Mejju 2016 fil-Każ R 94/2016-4
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż sostnuti matul il-proċedimenti tal-appell. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |