3.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 364/22 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2016 – Lackmann Fleisch- und Feinkostfabrik vs EUIPO (медведь)
(Rechtssache T-432/16)
(2016/C 364/22)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Lackmann Fleisch- und Feinkostfabrik GmbH (Bühl, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Lingenfelser, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontezjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “медведь” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 397 921
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Mejju 2016 fil-Każ R 240/2016 1.
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tilqa’ t-talba tar-rikorrenti għar-reġistrazzjoni tat-trade mark kontenzjuża. |
Motiv invokat
— |
It-trade mark kontenzjuża ma hijiex deskrittiva u għandha karattru distintiv. |