10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/16


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2016 – Intercontinental Exchange Holdings vs EUIPO (BRENT INDEX)

(Kawża T-430/16)

(2016/C 371/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Intercontinental Exchange Holdings, Inc. (Atlanta, Georgia, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Heusler, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontezjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “BRENT INDEX” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 284 947

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-2 ta’ Ġunju 2016, fil-Każ R 8/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.