19.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 343/48


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2016 – Martín Osete vs EUIPO – Rey (AN IDEAL HUSBAND)

(Kawża T-429/16)

(2016/C 343/65)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Isabel Martín Osete (Pariġi, Franza) (rappreżentant: V. Wellens, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Daniella Rey (Toulouse, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “AN IDEAL HUSBAND” – trade mark tal-UE Nru 5 231 808

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21/04/2016 fil-Każ R 1526/2015-2

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 55(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009.