3.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 364/21


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2016 – Perfumes y Aromas Artesanales vs EUIPO – Aromas Selective (Aa AROMAS artesanales)

(Kawża T-426/16)

(2016/C 364/21)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Perfumes y Aromas Artesanales, SL (Arganda del Rey, Spanja) (rappreżentant: J. Botella Reyna, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aromas Selective, SL (Dos Hermanas, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “Aa AROMAS artesanales” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 215 018

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-20 ta’ Mejju 2016, fil-Każ R 766/2015-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

eżistenza ta’ drittijiet prioritarji u koeżistenza paċifika fis-suq u fir-reġistru tat-trade marks allegatament f’kunflitt;

assenza ta’ karattru distintiv tal-kelma AROMAS;

ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.