19.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 343/43


Rikors ippreżentat fid-29 ta Lulju 2016 – Galletas Gullon vs EUIPO – O2 Holdings (shape of a package)

(Kawża T-418/16)

(2016/C 343/58)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Galletas Gullon, SA (Aguilar de Campoo, Spanja) (rappreżentant: M. Escudero Pérez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: O2 Holdings Ltd (Slough, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tridimensjonali (Forma ta’ pakkett) – Trade mark tal-Unjoni Nru 3 417 847

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Mejju 2016 fil-Każ R 1614/2015-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra, fil-każ li tintervjeni, iħallsu l-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009.