16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/36


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2016 – The Regents of the University of California vs CPVO – Nador Cott Protection u CVVP (Tang Gold)

(Kawża T-405/16)

(2017/C 014/44)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: The Regents of the University of California (Riverside, California, l-Istati Uniti tal-Amerika) (rappreżentanti: J. Muñoz-Delgado Mérida, S. Poza Martínez, M. Esteve Sanz u J. Lissen Arbeloa, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nador Cott Protection SARL (Saint-Raphaël, Franza) u Club de Variedades Vegetales Protegidas (Valencia, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem is-CPVO

Proprjetarju tad-dritt għal protezzjoni Komunitarja tal-varjetajiet ta’ pjanti: ir-rikorrent

Dritt għal protezzjoni Komunitarja tal-varjetajiet ta’ pjanti inkwistjoni: Dritt għal protezzjoni Komunitarja tal-varjetajiet ta’ pjanti Nru EU 38924, isem ta’ varjetà: Tang Gold, speċi: Citrus reticulata Bianco

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tas-CPVO tad-29 ta’ April 2016 fil-Każ A006/2014

Talbiet

tagħti lill-varjetà Nadorcott, sa fejn tosserva l-Karatteristika Nru 68 tal-Protokoll CPVO-TP 201/2, il-livell ta’ espressjoni “għoli ħafna” bin-Nota ta’ 9, jew sussidjarjament, il-livell ta’ espressjoni “għoli” bin-Nota 7, sabiex dan jiġi rilfess fir-Rapport dwar id-differenzi b’varjetajiet simili, li jifforma parti mid-deskrizzjoni uffiċjali tal-varjetà Tang Gold.

tirrikonoxxi l-eżistenza ta’ differenzi ċari bejn il-varjetajiet Tang Gold u Nardorcott fil-Karatteristiċi Nri 5, 6, 14, 15, 16, 37, 50, 60 u 65 tal-Protokoll CPVO-TP 201/2, fejn għalhekk tiddikjara u taqbel mar-rettifika tar-Rapport dwar id-differenzi b’varjetajiet simili, li jifforma parti mid-deskrizzjoni uffiċjali tal-varjetà Tang Gold, sabiex jiġu inklużi fih.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 57, 62, 67, 75 u 81 del Regolament Nru 2100/94.

Ksur tal-Artikolu 49 tar-Regolament Nru 874/09.

Interpretazzjoni żbaljata tar-rapport tal-IVIA intitolat “Importanza tat-tnaqqis tal-kontenut taż-żerriegħa peremzz ta’ mutaġenesi indotta”.

Indipendenza tal-Karatteristika 68 fir-rigward taċ-ċirkustanzi ambjentali.

Il-paragunabbiltà ta’ data miġjuba mill-UCR fir-rigward tan-numru ta’ żerriegħa ta’ Nadorcott.