|
3.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 364/16 |
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2016 – Omnicom International Holdings vs EUIPO – eBay (dA/tA/bA/y)
(Kawża T-393/16)
(2016/C 364/12)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Omnicom International Holdings, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: D. Farnsworth, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: eBay, Inc. (San Jose, California, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: Ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “(dA/tA/bA/y)” – Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 12 354 015
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Mejju 2016 fil-Każ R 872/2015-1
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tagħha u għal dawk sostnuti mir-rikorrenti. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009. |