3.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 364/14


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2016 – Düll vs EUIPO – Cognitect (DaToMo)

(Kawża T-381/16)

(2016/C 364/10)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Klaus Düll (Südergellersen, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Wolff-Marting, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cognitect, Inc. (Durham, North Carolina, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “DaToMo” – Trade mark tal-Unjoni Nru 6 715 627

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ April 2016 fil-Każijiet magħquda R 1383/2015-2 u R 1481/2015-2

Talbiet

tbiddel id-deċiżjoni kkontestata fis-sens li fil-lista ta’ prodotti u servizzi koperti mit-trade mark 6715627 DaToMo, fir-rigward tas-servizzi li jifdal konformement għad-deċiżjoni fuq imsemmija u li huma elenkati fil-lista tal-klassi 42, ir-restrizzjoni “all the aforementioned for the enterprise mobility management (EMM)” ma tiġix inkluża;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk sostnuti mir-rikorrent.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 50 tar-Regolament Nru 40/94.