19.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 343/41 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2016 – Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank vs SRB
(Kawża T-377/16)
(2016/C 343/54)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank (Bregenz, l-Awstrija) (rappreżentant: G. Eisenberger, avukat)
Konvenut: Einheitlicher Abwicklungsausschuss (SRB)
Talbiet
— |
tannulla d-“Decision of the Executive Session of the Board of 20 May 2016 on the adjustment of the 2016 ex-ante contributions to the Single Resolution Fund supplementing the Decision of the Executive Session of the Board of 15 April 2016 on the 2016 ex-ante contributions of the Single Resolution Fund (SRB/ES/SRF/2016/13)”, kif ukoll l-ewwel deċiżjoni, apparentement tal-15 ta’ April 2016, li b’mod ċar, hija intrinsikament marbuta mad-deċiżjoni tal-20 ta’ Mejju 2016; |
— |
sussidjarjament, tannulla d-“Decision of the Executive Session of the Board of 20 May 2016 on the adjustment of the 2016 ex-ante contributions to the Single Resolution Fund supplementing the Decision of the Executive Session of the Board of 15 April 2016 on the 2016 ex-ante contributions of the Single Resolution Fund (SRB/ES/SRF/2016/13)” sa fejn din tordna li l-ħlas lura tal-ammont żejjed ta’ kontribuzzjoni bħala parti mill-kontribuzzjoni stipulata għall-Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni għandu jsir fl-2017. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur flagranti tal-forom proċedurali sostanzjali minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. |
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur flagranti tal-forom proċedurali sostanzjali minħabba nuqqas ta’ pubblikazzjoni kompleta tad-deċiżjoni kkontestata. |
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq allegata korrezzjoni insuffiċjenti tal-kontribuzzjoni tar-rikorrent għall-Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni għall-2016. |
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-fatt li huwa illegali li l-ħlas lura tal-ammont żejjed isir biss fl-2017. |