10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/9


Rikors ippreżentat fil-12 ta’ Lulju 2016 – Anheuser-Busch Inbev u Ampar vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-370/16)

(2016/C 371/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Anheuser-Busch Inbev (Brussell, il-Belġju) u Ampar (Leuven, il-Belġju) (rappreżentati minn: A. von Bonin, O. Brouwer u A. Haelterman, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-11 ta’ Jannar 2016 dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat li tikkonċerna l-eżenzjoni mill-profitti eċċessivi SA.37667 (2015/C) (ex 2015/NN);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż skont l-Artikolu 134 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, inklużi l-ispejjeż ta’ kull parti

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, peress li l-Kummissjoni kkonstatat allegata għajnuna mill-Istat li hija kklassifikat bħala skema ta’ għajnuna skont l-Artikolu 1(d) tar-Regolament 2015/1589, tat-13 ta’ Lulju 2015, li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 107 TFUE.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi u fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 107(1) TFUE, billi l-Kummissjoni kkunsidrat li l-iskema ta’ aġġustament tal-benefiċċji tal-profitti eċċessivi tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-identifikazzjoni tal-gruppi bħala benefiċjarji tal-għajnuna allegata u ta’ ksur tal-prinċipju ta’ legalità u tal-Artikolu 16(1) tar-Regolament 2015/1589, tat-13 ta’ Lulju 2015, li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipji taċ-ċertezza legali, tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tal-amministrazzjoni tajba.