22.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/47


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2016 – Flatworld Solutions vs EUIPO – Outsource2India (Outsource 2 India)

(Kawża T-340/16)

(2016/C 305/63)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Flatworld Solutions Pvt. Ltd (Bangalore, l-Indja) (rappreżentanti: S. Gillert, K. Vanden Bossche, B. Köhn-Gerdes, J. Schumacher, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Outsource2India Ltd (Friedrichshafen, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “Outsource 2 India” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 6 035 547

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-15/04/2016, fil-Każ R 611/2015-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata kollha kemm hi;

tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tat-3 ta’ Frar 2015;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.