8.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 287/32 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Ġunju 2016 – Bundesverband Deutsche Tafel vs EUIPO – Tiertafel Deutschland (Tafel)
(Kawża T-326/16)
(2016/C 287/39)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Bundesverband Deutsche Tafel e.V. (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Koerl, E. Celenk, S. Vollmer, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Tiertafel Deutschland e.V. (Rathenow, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tal-Unjoni verbali “Tafel” – trade mark tal-Unjoni Nru 8 985 541
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ April 2016 fil-Każ R 248/2016-4
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
Ksur tal-Artikolu 65(6) tar-Regolament Nru 207/2009. |