8.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/29


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Ġunju 2016 – Tamasu Butterfly Europa vs EUIPO – adp Gauselmann (Butterfly)

(Kawża T-315/16)

(2016/C 287/35)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Tamasu Butterfly Europa GmbH (Moers, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Röhl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: adp Gauselmann GmbH (Espelkamp, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “Butterfly”

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Marzu 2016 fil-Każ R 221/2015-1

Talbiet

timmodifika d-deċiżjoni kkontestata billi tilqa’ l-oppożizzjoni fl-intier tagħha u tiċħad l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 011757549;

tikkundanna lill-parti l-oħra għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.