8.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 287/26


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2016 – Lidl Stiftung vs EUIPO – Primark Holdings (LOVE TO LOUNGE)

(Kawża T-305/16)

(2016/C 287/32)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Kefferpütz u A. Berger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Primark Holdings (Dublin, l-Irlanda)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “LOVE TO LOUNGE” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 8 500 548

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tad-9 ta’ Marzu 2016, fil-Każ R 489/2015-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiddikjara l-invalidità tat-trade mark Nru 8 500 548;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż;

tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem l-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.