|
16.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 296/25 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ġunju 2016 – bet365 Group vs EUIPO – Hansen (BET365)
(Kawża T-304/16)
(2016/C 296/34)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: bet365 Group Limited (Stoke-on-Trent, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, QC (Queen’s Counsel), R. Black u J. Bickle, Solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Robert Hansen (Munich, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “BET365”
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Marzu 2016 fil-Każ R 3243/2014-5
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż tagħhom u għal dawk tar-rikorrenti. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(3) Regolament Nru 207/2009. |