25.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 270/63 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ġunju 2016 – Inox Mare vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-289/16)
(2016/C 270/69)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Inox Mare Srl (Rimini, l-Italja) (rappreżentant: R. Holzeisen, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla r-Rapport Finali OF/2013/0086/B1 THOR (2015) 40189 – 26/11/2015 minħabba fl-illegalitajiet serji li huwa vvizzjat bihom; |
— |
u, konsegwentement, tannulla r-rakkomandazzjoni dwar l-azzjoni li trid tittieħed wara l-investigazzjoni tal-OLAF THOR (2015) 4257 – 09.12.2015; |
— |
tikkundanna għall-ispejjeż lill-parti avversarja |
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors qed jiġi ppreżentat kontra l-miżuri kkontestati sa fejn huma jikkonstataw li, matul numru ta’ snin, ir-rikorrenti evitat tħallas id-dazji doganali u d-dazji antidumping. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li hija importat kwantitajiet importanti ta’ prodotti ta’ qfieli tal-azzar inossidabbli, billi bbażat lilha nnifisha fuq dak li ġie ċċertifikat bil-massa mill-awtorità doganali tal-Filippini fir-rigward tal-allegata oriġini Filippina tal-prodotti pprovduti minn żewġ kumpanniji Filippini, sakemm hija saret taf bil-ftuħ, mill-Unjoni Ewropea, ta’ proċedura kontra l-evażjoni fil-konfronti tal-Filippini abbażi ta’ suspett skont liema l-merkanzija indikata iktar il fuq kienet fir-realtà merkanzija li ġejja mit-Tajwan u għalhekk sempliċement mibgħuta mill-ġdid fl-Unjoni Ewropea mit-Tajwan, via l-Filippini.
Insostenn tar-rikors tagħha r-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv jirrigwarda, preliminarjament, in-natura kontestabbli tal-miżuri li huma s-suġġett tar-rikors abbażi tal-Artikolu 263 TFUE.
|
2 |
It-tieni motiv jirrigwarda l-illegalitajiet tal-miżuri kkontestati.
|
(1) Regolament (EU, Euratom) Nru 883/2013, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Settembru 2013, dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU 2013, L 248, p. 1).