18.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/51


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2016 – Convivo vs EUIPO – Porcesadora Nacional de Alimentos (M’Cooky)

(Kawża T-288/16)

(2016/C 260/63)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Convivo GmbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: C. Düchs, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Porcesadora Nacional de Alimentos C.A. Pronaca (Quito, l-Ekwador)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem il-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark verbali “M’Cooky” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 075 242 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-7 ta’ Marzu 2016, fil-Każ R 1039/2015-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-proċedura preżenti, inklużi dowk sostnuti matul il-proċedimenti ta’ appell u ta’ oppożizzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti intervenjenti jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.