|
11.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 251/43 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2016 – NM vs Il-Kunsill Ewropew
(Kawża T-257/16)
(2016/C 251/49)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: NM (il-Gżira ta’ Lesbos, il-Greċja) (rappreżentanti: B. Burns, solicitor, u P. O’Shea, barrister-at-law)
Konvenut: Il-Kunsill Ewropew
Talbiet
|
— |
tannulla l-ftehim bejn il-Kunsill Ewropew u t-Turkija tat-18 ta’ Marzu 2016 intitolat “Dikjarazzjoni UE-Turkija, 18 ta’ Marzu 2016”; |
|
— |
tordna li jitħallsu l-ispejjeż tar-rikorrent. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-ftehim bejn il-Kunsill Ewropew u t-Turkija tat-18 ta’ Marzu 2016, intitolat “Dikjarazzjoni UE-Turkija, 18 ta’ Marzu 2016”, huwa inkompatibbli mad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni, b’mod partikolari mal-Artikoli 1, 18 u 19 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
|
2. |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li t-Turkija ma hijiex pajjiż terz bla perikolu fis-sens tal-Artikolu 36 tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE, tal-1 ta’ Diċembru 2005, dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat (ĠU L 175M, 29.6.2006, p. 168). |
|
3. |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li d-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE, tal-20 ta’ Lulju 2001, dwar l-istandards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta’ influss bil-massa ta’ persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta’ dawn (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 162), kien imissha ġiet implementata. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-ftehim ikkontestat huwa fil-verità Trattat jew “att” vinkolanti b’effetti legali għar-rikorrent u li n-nuqqas li jiġu osservati l-Artikolu 218 TFUE u/jew l-Artikolu 78(3) TFUE, ikkunsidrati flimkien jew separatament, jagħmel il-ftehim ikkontestat invalidu. |
|
5. |
Il-ħames motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li hemm ksur tal-projbizzjoni ta’ tkeċċija kollettiva fis-sens tal-Artikolu 19(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |