4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/45


Appell ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2016 minn José Luis Ruiz Molina mis-sentenza mogħtija fit-2 ta’ Marzu 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-60/15, Ruiz Molina vs UASI

(Kawża T-233/16 P)

(2016/C 243/50)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: José Luis Ruiz Molina (San Juan de Alicante, Spanja) (rappreżentanti: N. Lhoëst u S. Michiels, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tat-2 ta’ Marzu 2016 fil-Kawża F-60/15;

tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż kollha taż-żewġ proċeduri.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka erba’ aggravji.

1.

L-ewwel aggravju bbażat fuq ksur tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni aggravju bbażat fuq ksur tal-awtorità ta’ res judicata marbuta mas-sentenza tal-15 ta’ Settembru 2011, Bennett et vs UASI, F-102/09, EU:F:2011:138.

3.

It-tielet aggravju bbażat fuq ksur tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368) li implementat il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999 bejn l-organizzazzjonijiet interprofessjonali bi skop ġenerali, kif ukoll prinċipji u standards stabbiliti sew fid-dritt internazzjonali soċjali dwar l-istabbiltà tal-impjieg.

4.

Ir-raba’ aggravju bbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni tas-sentenza appellata.