4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/44


Appell ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2016 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija fit-2 ta’ Marzu 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-3/15, Frieberger u Vallin vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-232/16 P)

(2016/C 243/49)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u G. Gattinara, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Jürgen Frieberger (Woluwe-Saint-Lambert, il-Belġju) u Benjamin Vallin (Saint-Gilles, il-Belġju)

Talbiet

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, tat-2 ta’ Marzu 2016, mogħtija fil-kawża F-3/15, Frieberger u Vallin vs Il-Kummissjoni, sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku qies bħala fondat ir-raba’ motiv tar-rikors;

f’dak li jirrigwarda l-proċedura fl-ewwel istanza, sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jqis il-kawża fi stat li tiġi deċiża, tiċħad ir-rikors bħala infondat u tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż;

f’dak li jirrigwarda l-proċedura ta’ appell, tordna li kull parti tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha relatati ma’ din il-proċedura.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka ħames aggravji.

1.

L-ewwel aggravju, ibbażat fuq żnaturament tal-argumenti invokati fl-ewwel istanza kif ukoll fuq ksur tal-projbizzjoni li tiddeċiedi ultra petita.

2.

It-tieni aggravju, ibbażat fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 26(5) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

3.

It-tielet aggravju, ibbażat fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni skont l-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

4.

Ir-raba’ aggravju, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.

5.

Il-ħames aggravju, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.