|
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/43 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2016 – Haverkamp vs EUIPO - Sissel (Fußmatte)
(Kawża T-227/16)
(2016/C 243/47)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Reinhard Haverkamp (Kindberg, l-Awstrija) (rappreżentant: A. Waldenberger, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sissel GmbH (Bad Dürkheim, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn ikkontestat: ir-rikorrent
Disinn ikkontestat ikkonċernat: reġistrazzjoni internazzjonali tad-disinn “Fußmatte” li jindika l-Unjoni Ewropea – reġistrazzjoni internazzjonali Nru DM/072187-0001 li tindika l-Unjoni Ewropea
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Frar 2016 fil-Każ R 2618/2014-3
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO jbati l-ispejjeż tal-kawża u kif ukoll dawk tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell u tal-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità quddiem l-EUIPO. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 6(1)(d) tar-Regolament Nru 6/2002. |