27.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/35


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Mejju 2016 – Matratzen Concord vs EUIPO (Ganz schön ausgeschlafen)

(Kawża T-225/16)

(2016/C 232/45)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Matratzen Concord GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: I. Selting, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali “Ganz schön ausgeschlafen” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 610 316

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Frar 2016 fil-Każ 1234/2015-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti waqt il-proċedimenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.