27.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/32


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Mejju 2016 – Aldi vs EUIPO (VISAGE)

(Kawża T-219/16)

(2016/C 232/42)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Aldi GmbH & Co. KG (Mülheim an der Ruhr, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, C. Fürsen, u N. Bertram, avukati)

Konvenut: L Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-element verbali “VISAGE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 502 364

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Frar 2016 fil-Każ R 507/2015-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.