11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/35


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Mejju 2016 – Bodegas Verdúguez vs EUIPO (TRES TOROS 3)

(Kawża T-206/16)

(2016/C 251/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Bodegas Verdúguez, SL (Villanueva de Alcardete, Spanja) (rappreżentanti: J. García Domínguez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem il-EUIPO

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “TRES TOROS 3” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 79 926

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Frar 2016 fil-Każ R 407/2015-5

Talbiet

tilqa’ dan ir-rikors kontra d-deċiżjoni kkontestata, tannullaha u minflokha taddotta deċiżjoni oħra, għaliex tqis li:

1)

ma hijiex applikbbli għat-trade mark Komunitarja li saret applikazzjoni għaliha l-projbizzjoni tal-Artikolu 7(1)(j);

2)

sussidjarjament, u biss fil-każ li Qorti Ġenerali tqis li l-projbizzjoni tal-Artikolu 7(1)(j) tapplika għat-trade mark li saret applikazzjoni għaliha, tiddikjara li din l-appikazzjoni għandha ssir biss fir-rigward tal-prodotti “inbejjed”, u żżomm il-probizzjoni biss għal dawn il-prodotti u li t-trade mark tal-Unjoni Ewropea tista’ tiġi rreġistrata biss għall-prodotti l-oħra tal-klassi 33 imsemmija fl-applikazzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, b’rimbors tat-taxxa tar-rikors imħallsa lil dan tal-aħħar mir-rikorrenti, jekk ikun il-każ.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(j) tar-Regolament Nru 207/2009.