20.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/31


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ April 2016 – Klassisk investment vs EUIPO (CLASSIC FINE FOODS)

(Kawża T-194/16)

(2016/C 222/39)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Klassisk investment Ltd (Hong Kong, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina) (rappreżentanti: J. Plate u R. Kaase, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “CLASSIC FINE FOODS” — Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 222 164

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Jannar 2016 fil-Każ R 1970/2015-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c), flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009.

Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.