13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/65


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2016 – Policolor vs EUIPO – CWS-Lackfabrik Conrad W. Schmidt (Policolor)

(Kawża T-178/16)

(2016/C 211/80)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Policolor SA (Bucharest, ir-Rumanija) (rappreżentati minn: M. Comanescu, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: CWS-Lackfabrik Conrad W. Schmidt GmbH & Co. KG (Düren-Merken, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark fugurattiva tal-UE li tinkludi l-element verbali “Politicolor” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 277 176

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Jannar 2016 fil-Każ R 346/2015-1

Talbiet

temenda d-deċiżjoni kkontestata kollha kemm hi;

konsegwentement, tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-EUIPO tas-16 ta’ Diċembru 2014 fl-oppożizzjoni Nru B 1 991 457;

tiċħad l-oppożizzjoni magħmula mill-intervenjenti fir-rigward tar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 10 277 176;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti matul il-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 207/2009

Ksur tal-Artikolu 75(1) tar-Regolament Nru 2015/2424.