20.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/25


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2016 – Kofola ČeskoSlovensko vs EUIPO – Mionetto (UGO)

(Kawża T-176/16)

(2016/C 222/31)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kofola ČeskoSlovensko (Ostrava, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: L. Lorenc, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mionetto SpA (Valdobbiadene, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “UGO” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 541 851

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-22 ta’ Frar 2016, fil-Każ R 2707/2014-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tar-Regolament Nru 207/2009, kif emendat, u tar-regoli ta’ dritt dwar l-applikazzjoni tiegħu, b’mod partikolari, it-teħid inkunsiderazzjoni b’mod żbaljat tal-probabbiltà ta’ konfużjoni tat-trade marks inkwistjoni.