13.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/60


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ April 2016 – CFA Institute vs EUIPO – Ernst and Häcker (CERTIFIED FINANCIAL MODELER CFM)

(Kawża T-156/16)

(2016/C 211/74)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: CFA Institute (Charlottesville, Virginia, l-Istati Uniti) (rappreżentant: S. Rohlfing u G. Engels, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Dietmar Ernst (Nürtingen, il-Ġermanja), Joachim Häcker (Nürtingen)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark ikkontestata: il-partijiet l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “CERTIFIED FINANCIAL MODELER CFM” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 9 569 658

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Jannar 2016 fil-Każ R 9/2015-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tilqa’ l-oppożizzjoni magħmula mir-rikorrent kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark Nru 9 569 658 li għaliha saret l-applikazzjoni mill-partijiet l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż;

fil-każ li l-partijiet l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell jintervjenu fil-kawża, tikkundannhom għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent kemm fil-proċedura ta’ appell quddiem l-EUIPO kif ukoll fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.