17.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/32


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2016 – Caisse régionale de crédit agricole mutuel Brie Picardie vs BĊE

(Kawża T-136/16)

(2016/C 175/38)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Caisse régionale de crédit agricole mutuel Brie Picardie (Amiens, Franza) (rappreżentant: H. Savoie, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

tannulla d-deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, tad-29 ta’ Jannar 2016 (ECB/SSM/2016 – 969500TJ5KRTCJQWXH05/99), adottata skont l-Artikolu 4(1)(e) tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew u skont l-Artikoli L. 511-13, L. 511-52, L. 511-58, L. 612-23-1 u R. 612-29-3 tal-kodiċi monetarju u finanzjarju Franċiż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-133/16, Caisse régionale de crédit agricole mutuel Alpes Provence vs BĊE.