10.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 165/18


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2016 – Deutsche Post vs EUIPO – bpost (BEPOST)

(Kawża T-118/16)

(2016/C 165/20)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Post AG (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Hamacher u G. Müllejans, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: bpost NV (Brussell, il-Belġju)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “BEPOST” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 8 897 829

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Jannar 2016 fil-Każ R 3107/2014-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(4) u (5) tar-Regolament Nru 207/2009.