25.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/35


Rikors ippreżentat fit 8 ta’ Marzu 2016 – Klausner Holz Niedersachsen vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-101/16)

(2016/C 145/43)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Klausner Holz Niedersachsen GmbH (Saalburg-Ebersdorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Reich, C. Hipp u T. Ilgner, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tikkonstata li l-konvenuta kisret l-Artikolu 108 TFUE moqri flimkien mal-Artikolu 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea sa fejn, wara l-ittra tar-rikorrenti tat-13 ta’ Novembru 2015, hija naqset milli tadotta, skont l-Artikolu 4 ta’ dan ir-regolament, id-deċiżjoni prevista minn dawn id-dispożizzjoniijet dwar l-għeluq tal-proċeduri ta’ eżami preliminari SA.37113 u SA.375009;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż, ukoll jekk ir-rikors kellu jsir mingħajr skop minħabba l-adozzjoni mill-Kummissjoni Ewropea ta’ miżura matul il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv uniku li permezz tiegħu hija ssostni li l-Kummissjoni ma adottatx f’terminu raġonevoli deċiżjoni li tagħlaq il-proċedura ta’ eżami preliminari skont l-Artikolu 4(1) sa (4) tar-Regolament (UE) 2015/1589 (1), minkejja li hija kienet ġiet mistiedna sabiex tieħu azzjoni skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 265 TFUE.


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2015/1589, tat-13 ta’ Lulju 2015, li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, p. 9).