|
4.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 118/39 |
Appell ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2016 minn Carlo De Nicola mid-digriet mogħti mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-18 ta’ Diċembru 2015 fil-Kawża F-128/11, De Nicola vs BEI
(Kawża T-75/16 P)
(2016/C 118/45)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellant: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: G. Ferabecoli, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Bank Ewropew tal-Investiment
Talbiet tal-appellant
|
— |
tilqa’ dan l-appell u, billi tirriforma kompletament id-digriet appellat, tannulla l-punti 1 u 2 tad-dispożittiv u l-punti 1, 7 sa 25, 51 sa 52, 63 sa 76, 80, 84, 87 sa 88, 97 sa 98 u 101 sa 115 tad-digriet innifsu; |
|
— |
konsegwentement, tannulla l-atti kollha kkontestati u tikkundanna lill-BEI sabiex tikkumpensa lil Dr De Nicola għad-danni mġarrba, kif mitlub fit-talba għal rikors li beda l-proċedimenti jew, sussidjarjament, tirrinvija l-każ quddiem awla oħra tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, sabiex, b’formazzjoni differenti, tieħu deċiżjoni mill-ġdid dwar l-punti annullati; |
|
— |
tikkundanna lill-Bank Ewropew tal-Investiment sabiex ibati l-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Dan l-appell huwa ppreżentat kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tat-18 ta’ Diċembru 2015 De Nicola vs Il-Bank Ewropew tal-Investiment (F-128/11).
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-55/16 P, De Nicola vs Il-Bank Ewropew tal-Investiment.
L-appellant jenfasizza b’mod partikolari l-ammissibbiltà tat-talba għall-annullament tal-messaġġi tal-4 ta’ Lulju u tat-12 ta’ Awwissu 2011 kif ukoll tat-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tas-6 ta’ Settembru 2011, li tiċħad it-talba li tinbeda proċedura għal konċiljazzjoni.