4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/37


Appell ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2016 minn Carlo De Nicola mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-18 ta’ Diċembru 2015 fil-Kawża F-82/12, De Nicola vs BEI

(Kawża T-71/16 P)

(2016/C 118/42)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: G. Ferabecoli, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Bank Ewropew tal-Investiment

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ dan l-appell u, permezz ta’ riforma parzjali tas-sentenza appellata, tannulla l-paragrafi 2 u 3 tad-dispożittiv kif ukoll il-punti 68 sa 75 tas-sentenza stess;

konsegwentement, tikkundanna lill-BEI għall-kumpens għad-danni subiti minn C. De Nicola, kif mitlub fir-rikors promotur jew, sussidjarjament, tirrinvijja l-kawża quddiem Awla oħra tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, diversament presedut, bil-għan li mill-ġdid tingħata deċiżjoni fuq il-punti annullati.

tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Dan l-appell huwa mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliu (Imħallef uniku), tat-18 ta’ Diċembru 2015, De Nicola vs Il-Bank Ewropew tal-Investiment (F-82/12).

L-aggravji u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-55/16 P, De Nicola vs Il-Bank Ewropew tal-Investiment.

L-appellant jargumenta, b’mod partikolari, li t-talba għad-danni fil-Kawża F-82/12 tqieset b’mod żbaljat bħala ekwivalenti għat-talba għad-danni fil-Kawża F-55/08 u li ġiet ikkonstatata b’mod żbaljat l-eżistenza ta’ res judicata fir-rigward ta’ uħud mit-talb għal kumpens għad-danni.