4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/36


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2016 – Pumavs vs EUIPO – Doosan Infracore (PUMA)

(Kawża T-62/16)

(2016/C 118/41)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. González-Bueno Catalán de Ocón, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Doosan Infracore Co. Ltd (Incheon, il-Korea t’Isfel)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “PUMA” – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 11 376 209

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-4 ta’ Diċembru 2015, fil-Każ R 1052/2015-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lil Doosan Infracore Co. Ltd. għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.