29.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 111/36


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Frar 2016 – Apax Partners vs EUIPO – Apax Partners Midmarket (APAX)

(Kawża T-58/16)

(2016/C 111/43)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Apax Partners LLP (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: D. Rose, J. Curry u J. Warner, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Apax Partners Midmarket (Pariġi, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark tal-UE “APAX” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 3 538 981

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Novembru 2015 fil-Każ R 1441/2014-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata b’mod sħiħ u tirrinvija l-applikazzjoni għat-trade mark ikkontestata quddiem l-EUIPO biex tkun tista’ tiġi pproċessata, u;

tikkundanna lill-EUIPO u lil kull parti oħra f’dawn il-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tagħhom kif ukoll għall-ispejjeż tar-rikorrenti f’dawn il-proċedimenti u f’dawk tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell u tal-oppożizzjoni B 764 029 quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009.