|
29.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 111/34 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2016 – Netguru vs EUIPO (NETGURU)
(Kawża T-54/16)
(2016/C 111/41)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Netguru sp z.o.o. (Poznań, il-Polonja) (rappreżentant: K. Jarosiński, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “NETGURU” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 994 166
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Diċembru 2015 fil-Każ R 144/2015-5
Talbiet
|
— |
tannulla fl-intier tagħha d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea tat-18 ta’ Diċembru 2015 fil-Każ R 144/2015-5; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 41(2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009; |
|
— |
Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009. |