29.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 111/34


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2016 – Crédit Mutuel Arkéa vs BĊE

(Kawża T-52/16)

(2016/C 111/40)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Crédit Mutuel Arkéa (Le Relecq Kerhuon, Franza) (rappreżentant: H. Savoie, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, tal-4 ta’ Diċembru 2015 (ECB/SSM/2015 – 9695000CG7B84NLR5984/40), li tistabbilixxi r-rekwiżiti prudenzjali applikabbli għall-Grupp Crédit Mutuel.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-712/15, Crédit Mutuel Arkéa vs BĊE.