29.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 111/32


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2016 – Novartis vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ garża)

(Kawża T-44/16)

(2016/C 111/38)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Novartis AG (Basel, l-Iżvizzera) (rappreżentant: M. Douglas, avukat)

Konvenut: L Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: SK Chemicals GmbH (Eschborn, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark figurattiva tal-UE (Rappreżentazzjoni ta’ garża) – Trade mark tal-UE Nru 11 293 362

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27/11/2015 fil-Każ R 2342/2014-5

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv(i) invokat(i)

Ksur tal-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 80(2) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-prinċipju ta’ proċess imparzjali mill-Bord tal-Appell tal-EUIPO.